Raġel se jkun qed jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni talli kien qed jittanta xi nisa.
Il-każ seħħ il-Ħamis meta raġel ta’ karnaġġjon skur kien qiegħed iħuf wara Maltija fil-Belt Valletta. Ir-raġel baqa’ jsegwi l-mara sakemm ġie f’kuntatt magħha u anke’ missilha l-parti ta’ wara ta’ ġisimha, filwaqt li heddida li kien se jagħmel aktar minn hekk jekk tirrappurtah.
Il-Maltija irnexxiela taħrab mir-raġel fejn aktar tard għamlet rapport lill-Pulizija li minnufih bdew it-tfittxija għalih. Ftit wara li bdiet it-tfittxija għar-raġel, il-Pulizija ġiet mgħarrfa li l-istess raġel kien qed jattakka mara qrib il-funtana barra d-daħla tal-Belt.
Aktar tard, il-Pulizija rnexxielha taqbad lir-raġel u se jkunu qed jinħarġu l-akkużi fil-konfront tiegħu bir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni.
//= $special ?>