Spanja żiedet lill-attakkant ta’ Malaga Juanmi fl-iskwadra nazzjonali għall-partiti ta’ din il-ġimgħa kontra l-Ukrajna u l-Olanda minħabba biżgħa dwar il-kunduizzjoni fiżika ta’ Diego Costa.
Juanmi li skorja 7 gowls f’254 logħba ta’ La Liga għal Malaga dan l-istaġun, jista’ jilgħab għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali.
L-inklużjoni tiegħu fl-iskwadra żgur li se tqajjem aktar tħassib dwar id-disponibbiltà ta’ Costa li naqas milli jtemm il-logħba fir-rebħa 3-2 ta’ Chelsea fuq Hull City l-Ħadd.
Costa skorja t-tieni gowl tal-liders tal-Premier fil-KC Stadium imma mbagħad kien mibdul ma’ Loic Remy li skorja l-gowl rebbieħ kwarta mit-tmiem. Dan wara li Costa deher imiss koxxtu diversi drabi.
//= $special ?>