Il-Ministru Chris Cardona ma mexiex mar-regolamenti u l-proċeduri tal-Parlament meta naqas li jippreżenta dokument li kien qed jirriferi għalih fi tweġiba li qara fil-Parlament għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister Claudio Grech.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia ġibed l-attenzjoni tal-Ministru Chris Cardona biex jippreżenta d-dokument li kien qed jirreferi għalih u jikkwota minnu. Il-Ministru kien qiegħed jitkellem dwar il-proġett tal-Life Sciences.
Mitlub mill-Ispeaker biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li kien qiegħed jirreferi għalih, il-Ministru Chris Cardona ma kellux id-dokument miegħu, bl-Ispeaker jiġbed l-attenzjoni tal-Ministru biex jippreżentah skont ir-regolamenti tal-Kamra fl-ewwel okkażjoni li jkollu.
//= $special ?>