Il-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv (CAS) naqqas is-sospensjoni ta’ tmien partiti li ngħata Fernando Santos għal erba’ partiti bi tnejn minnhom sospiżi.
Il-kowċ tal-Portugall kien imwissi għal offiża waqt it-Tazza tad-Dinja fil-Brażil is-sena l-oħra meta kien fit-tmexxija tat-tim nazzjonali tal-Greċja.
Il-FIFA kienet qalet li Santos kien ħati ta’ mġieba anti-sportiva lejn l-uffiċjali wara li l-Greċja kienu megħluba minn Costa Rica fir-round tal-aħħar 16.
Santos telaq mill-kariga wara t-Tazza tad-Dinja u aktar tard inħatar kowċ tal-Portugall f’Settembru biex ħa post Paulo Bento.
L-ewwel appell kontra d-deċiżjoni ma kienx milqugħ mill-FIFA u dan wassal biex Santos ħa l-każ quddiem il-CAS u sadanittant seta’ jkompli jaħdem sakemm jinstema l-appell.
Il-CAS issa ħareġ stqarrija fejn ikkonferma parzjalment is-sentenza tal-FIFA imma ammetta li l-piena kienet eċċessiva.
//= $special ?>