Internazzjonali

Vapur tal-gwerra Amerikan jinterċetta kunsinja d-droga

Vapur tat-tip missile cruiser tal-qawwiet Amerikani rkupra ‘l fuq minn 450 kilogramma ta’ droga illegali wara li wieġeb għal sejħa speċifika hu u għaddej fil-Baħar Mediterran.

Il-vapur inkwistjoni, bl-isem USS Normandy, irkupra l-pakketti wara li l-piloti ta’ helicopter (tat-tip MH-60 ‘Seahawk’) mal-‘Helicopter Maritime Strike Squadron’ lemħu inġenju tal-baħar żgħir qed iwettaq il-movimenti suspettużi waqt li huma kienu għaddejjin bit-titjiriet ta’ rutina.

Il-helicopter baqa’ jsegwi s-sitwazzjoni u l-piloti raw il-passiġġieri fuq l-inġenju qed iwaddbdu l-pakketti kbar għal ġol-baħar u li fil-fatt kienu kwantitajiet tad-droga.

Il-USS Normandy, bħalissa, qed iwettaq l-eżerċizzji navali fiz-zona tal-missjonijiet tas-6th Fleet tal-Istati Uniti u bħala appoġġ għall-interessi tas-sigurta tal-Amerikani fir-reġjuni tal-Ewropa