Żewġ barranin inqabdu mill-Pulizija ftit wara li serqu mutur biex isuquh b’avventura. Il-każ seħħ f’San Pawl il-Baħar, fejn il-barranin kienu qed joqgħodu.
Jirriżulta li ż-żewġt irġiel innutaw mutur biċ-ċavetta mwaħħla fi Triq Għawdex f’San Pawl il-Baħar, minn fejn serqu l-mutur waqt li sidu jinsab imsiefer.
Il-Pulizija oriġinarjament waqqfu lill-barranin f’San Pawl il-Baħar stess wara li nnutaw li l-irġiel ma kienux libsin ‘crash-helmet’. Malli l-irġiel indunaw bil-karozza tal-Pulizija li għamlitilhom sinjal biex jieqfu, dawn żiedu l-veloċita’ u ħarbu minn fuq il-post. Madanakollu kien biss ftit tal-ħin wara li l-Pulizija qabdet liż-żewġt irġiel.
//= $special ?>