Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’rapport ewlieni dwar il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, bir-rapport jgħid li r-residenti qed ibatu l-konsegwenzi ta’ Kunsill li ma ħadimx. Jidher ukoll ritratt ta’ Triq is-Simar li tinsab f’kundizzjoni gravi. Fil-faċċata ta’ IN-NAZZJON issir ukoll referenza għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija.

THE MALTA INDPENDENT b’storja dwar il-mod kif wieħed mis-sitt sptarijiet li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ lil studenti tal-mediċina ta’ Barts and London School of Medical and Dentistry, kien ikkundannat minn rapport li fih jispikka n-nuqqas t’attenzjoni lejn il-pazjent u kultura ta’ agressjoni fil-konfront tal-pazjenti – fost nuqqasijiet oħra. The Malta Independent b’storja wkoll dwar l-eks President tal-MUMN Pace, li qal li jista’ jaċċetta pożizzjonijiet f’xi awtorita’ jekk ikun offrut.

L-ORIZZONT b’żewġ stejjer fuq il-faċċata, waħda dwar il-Kunsill Lokali tal-Mosta u kif skont l-Orizzont is-Sindku għażlet it-toroq li tagħmel fuq rapport ta’ żewġha, u rapport ieħor dwar id-Deputat David Agius u l-accounts ta’ klabb tal-basketball li tiegħu kien President fil-passat.

TIMES OF MALTA b’ritratt tal-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras u l-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel f’Konferenza tal-Aħbarijiet li kellhom flimkien dwar il-futur fiskali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport ewlieni fuq Times of Malta huwa dwar il-kurja u r-reshuffle li l-Arċisqof il-ġdid qed jagħmel.