Il-Gvern Malti m’għandu ebda indikazzjoni s’issa, għalkemm ma jistax jeskludi għal kollox, li seta’ kien hemm xi passiġġieri Maltin fuq it-titjira tal-German Wings li ġġarrfet aktar kmieni llum fuq l-alpi bejn Spanja u l-Ġermanja.
Waqt li l-Parlament illum waranofsinhar sellem lill-vittmi tat-traġedja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li mill-informazzjoni li għandu l-Gvern u mgħoddija mill-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja, jirriżulta li fuq din it-titjira kien hemm 45 persuna Spanjola, il-membri tal-ekwipaġġ kienu kollha Ġermaniżi, u li hemm 99 persuna oħra li n-nazzjonalità tagħhom għadha mhix stabbilita u għaldaqstant il-Gvern Malti ma jistax jeskludi għal kollox li m’hemmx passiġġieri Maltin għalkemm l-indikazzjonijiet huma li m’hemmx.
Il-Parlament sellem lill-vittmi tat-traġedja b’minuta silenzju.
//= $special ?>