Illum mistenni jingħata l-verdett tar-Rumen ta’ 29 sena, Antonel Dobrev, li tlett snin ilu f’Paceville ikkaġuna l-mewt ta’ Osama Al Shazliay Saleh, ta’ 24 sena wara argument li kien seħħ.
Filfatt, l-Imħallef Antonio Mizzi, li kien qed jippresiedi l-ewwel ġuri tiegħu quddiem ġurija, ilbieraħ waranofsinhar beda l-indirizz tiegħu fejn spjega d-dettalji tal-każ ta’ Rumen, akkużat li kkaġuna ferita gravi segwita bil-mewt ta’ Sudaniż, li seħħet tliet snin ilu quddiem stabbiliment tax-xorb f’Paceville.
Il-ġuri fil-konfront ta’ Antonel Dobre beda nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu, u mistenni jintemm illum wara li l-ġurati jidħlu jiddeliberaw il-każ.
F’dan il-ġuri, Dobre qed ikun akkużat b’żewġ kapi ta’ akkuża. L-ewwel kap ta’ akkuża huwa li kkaġuna ferita gravi lil Osama Al Shazliay Saleh, ta’ 24 sena, li ġarrab ġrieħi gravi, fosthom frattura tal-kranju li ġabet emoraġija qawwija u frattura fl-iskutella tar-ras ikkaġunata b’dik id-daqqa qawwija. Dobre qed jiġi mixli wkoll bi ksur tal-paċi pubblika.
Il-Prosekuzzjoni qed tgħid li l-akkużat ta daqqa tant b’saħħitha lill-vittma li dan tal-aħħar waqa’ mal-art qisu xkora patata u baqa’ mal-art.
//= $special ?>