Kurżitajiet

Kont taf li tista’ tqaxxar larinġa b’mod daqshekk ħafif?

Filmat li ġie ppubblikat fuq You Tube juri kif fi ftit sekondi, tista’ tqaxxar larinġa mingħajr ebda diffikultà.
Bi tliet inċiżjonijiet żgħar, il-larinġa tista’ tneħħilha l-qoxra tagħha u tiekol il-benna tal-frotta mingħajr ma titlef ebda meraq jew it-tjubija tagħha.

Dan jekk taqta’ il-kappell ta’ fuq u l-ieħor ta’ taħt tal-larinġa, u taqta’ qatgħa waħda biss fil-bqija tal-qoxra sakemm tmiss il-qalba ta’ ġewwa. Imbagħad, kull ma trid tagħmel hu li tiftaħ il-frotta qisha ktieb, u tara l-flieli jinferqu quddiemek.

Min jaf kemm-il battikata ħadt matul ħajtek s’issa biex kilt larinġa? Min jaf kemm-il darba ma kilthiex biex ma tħammiġx? Dan hu l-mod ta’ kif fi ftit ħin tista’ tgawdi mit-tjubija tal-frotta fi 30 sekonda.