L-Istat Amerikan ta’ Utah se jerġa’ jadotta l-metodu tal-‘firing squads’ biex jeżerċita l-piena tal-mewt fil-każi li fihom ma jiksibx il-materjal dovut għall-eżekuzzjonijiet bl-injezzjoni letali.
Il-Gvernatur ta’ Utah, Gary Herbert, iffirma l-miżura bħala liġi u issa dan hu l-uniku stat Amerikan li qed jippermetti biex kriminal ikkundannat għall-mewt jispiċċa ffuċillat.
Numru ta’ stati Amerikani qed jikkunsidraw metodi alternattivi għall-eżekuzzjonijiet hekk kif mhumiex isibuha faċli biex jiksbu l-materjal għall-proċessi tal-injezzjoni letali.
Il-ħażniet tal-materjal fl-Istati Uniti naqsu kontinwament wara li l-manifatturi fl-Ewropa li huma opposti għall-piena kapitali rrifjutaw li jbigħu t-taħlita tas-sustanzi għall-injezzjoni letali lill-Amerikani.
//= $special ?>