L-organizzazzjoni The Fosse Way Art Consultancy qed tistieden lil artisti Maltin biex jipproponu xogħol li ħadmu huma biex jiġu esibiti f’“Milan Art Expo 15”, li se tkun qed tiġi organizzata f’Milan fl-Italja mill-15 t’April sa Diċembru li ġej.
L-organizzaturi huma dawk li ppreżentaw l-attività “Artists of Sicily, Pirandello to Iudice” f’Palermo, fi Sqallija, is-sena li għaddiet.
“Milan Art Expo 15” qed tiġi kkordinata minn Gianni Filippini u se ssir fil-villa Bagatti Valsecchi fid-distrett Varedo, ’il barra minn Milan. Se tkun qed turi xogħol kontemporanju ta’ artisti minn madwar id-dinja, inkluż kwadri, skulturi u fotografija, u x-xogħol se jgħaddi minn taħt il-lenti tal-Professur Vittorio Sgarbi. Id-direttur artistiku tal-attività hu Giovanni Lettini.
Dawk interessati għandhom jikkuntattjaw lill-organizzaturi permezz tal-email fuq melanie@TheFosseWay.org.
//= $special ?>