Lokali

Periklu fi Triq it-Trunċiera fil-Qawra

Roqgħa kbira minn Triq it-Trunċiera fil-Qawra tħalliet b’periklu għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn din it-triq traffikuża matul il-lejl.

Dan għaliex parti minn din it-triq inqalgħet imma ma tpoġġew l-ebda sinjali tat-traffiku ħlief tliet barrikati tal-plastik mingħajr l-ebda dawl ftit biss bogħod minn kantuniera f’din it-triq ewlenija.

In-nuqqas ta’ dawl bħala sinjal li din it-triq inqalgħet wasslet biex numru ta’ sewwieqa sabu quddiem wiċċhom il-barrikati mingħajr lebda avviż u kellhom jaqsmu man-naħa l-oħra tat-triq biex jgħaddu.