Kunsilli Lokali Lokali

Residenti fl-Iklin qed igawdu minn toroq ġodda grazzi għall-Kunsill immexxi mill-PN

Ir-residenti tal-Iklin qed igawdu minn toroq ġodda u tajbin li saru fl-aħħar tliet snin mill-Kunsill Lokali mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista.

F’konferenza tal-aħbarijiet, fi Triq Geronimo Abos fl-Iklin, waħda mit-toroq li saru fl-aħħar snin, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami ta ħarsa lejn id-differenza li għamel il-Partit Nazzjonalista f’din il-lokalità.

Tkellem ukoll dwar il-mod kif il-Gvern nesa għalkollox il-Kunsilli Lokali, tant li għall-Partit Laburista t-toroq mhumiex prijorità.

Beppe Fenech Adami spjega kif anke l-fondi tal-Unjoni Ewropea kienu importanti fil-ħidma tal-Kunsill Lokali tal-Iklin. Fil-fatt, b’dawn il-fondi saru ħitan tas-sejjieħ madwar il-kampanja fl-Iklin, kif ukoll saru żewġ proġetti fi Triq Patri Marjanu Vella u Triq il-Wied.

Min-naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius irringrazzja lill-Kunsilliera attwali u liż-żewġ Kandidati żgħażagħ ġodda, filwaqt li awgura li Kunsill Lokali ġdid ikompli jibni fuq dak ta’ qablu.