Mara ta’ 37 sena, li nqatlet f’Manhattan wara li taret biċċa plywood u laqtitha, għall-funeral tagħha tlibbset il-libsa tat-tieġ li kienet se tilbes f’Lulju li ġej f’dak li kellu jkun l-isbaħ jum ta’ ħajjitha.
Trang-Thuy, jew Tina, Nguyen inqatlet f’Jum San Patrizju waqt li kienet miexja u titkellem fuq it-telefon ċellulari tagħha meta folja plywood, ta’ erba’ piedi bi tmienja, inqalgħet minn postha f’sit ta’ kostruzzjoni u taret għal fuqha. Dakinhar ir-riħ kien qawwi ħafna.
Il-mara ssabbtet ma’ ħajt fejn ħabtet rasha b’tisbita u mietet ftit wara.
Fil-funeral, il-qraba u l-ħbieb ta’ Tina libsu l-ħwejjeġ li kellhom f’moħħhom li jilbsu dakinhar tat-tieġ. Il-bridesmaids libsu libsa twila safra bi żraben ħomor, biex ifakkru l-oriġini Vjetnamiża tal-mara. L-irġiel libsu wkoll l-ilbies formali.
L-għarus tagħha Alex semma’ kemm kien iħobb lill-għarusa tiegħu. Hu kien ipproponielha li tiżżewġu meta kienu fuq btala f’Pariġi, fuq it-Torri Eiffel.
//= $special ?>