Internazzjonali

Aġġornata b’Filmat u aktar Dettalji: jiġġarraf ajruplan b’150 persuna abbord

Ajruplan tal-passiġġieri tal-linja tal-ajru Germanwings, li hi sussidjarja tal-linja Ġermaniża Lufthansa, iġġarraf fl-inħawi fiż-żona tal-Alpi Franċiżi. L-ajruplan kien qed jivvjaġġa minn Barċellona fi Spanja lejn il-belt Ġermaniża ta’ Dusseldorf u kellu abbord 144 passiġġier, fosthom żewġt itrabi, u sitt membri tal-ekwipaġġ.

L-indikazzjonijiet kollha qed juru li ma salva ħadd, bil-President Franċiż Francois Hollande ukoll jikkummenta b’dan il-mod meta tkellem dwar it-traġedja (filmat). Min-naħa tagħha, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li l-pajjiż kollu jinsab magħqud f’dan il-mument ta’ niket profond, filwaqt li ħabbret li aktar tard illum se tmur fl-inħawi ta’ fejn seħħ l-inċident wara li sar magħruf li għexieren mill-vittmi huma Ġermaniżi.

L-ajruplan telaq minn Barċellona għall-ħabta tal-9.55am u rapporti qed jgħidu li għall-ħabta tal-10.47am il-pilota tal-ajruplan bagħat messaġġ ta’ emerġenza wara li qal li l-ajruplan kien f’sitwazzjoni mhux tas-soltu. Iżda rapporti oħrajn qed jgħidu li l-piloti ma bagħtu l-ebda messaġġ. Jirriżulta li l-ajruplan niżel minn għoli ta’ 40,000 pied għal 6,200 pied f’anqas minn tmien minuti qabel ma kkraxxja.

Il-Gvern Franċiż qal li l-missjoni ta’ tiftix u salvataġġ mistennija tkun waħda twila u diffiċli minħabba li ż-żona ma tantx hi waħda aċċessibbli. Hu mifhum li l-Ħaddiema ta’ Emerġenza se jkollhom bżonn ammont ta’ sigħat biex jaslu fil-post tal-inċident.

Min-naħa tiegħu, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Eżekuttiv ta’ Germanwings Thomas Winkelmann qal li l-pilota tal-ajruplan kellu aktar minn 10 snin ta’ esperjenza u aktar minn 6,000 sigħat ta’ titjiriet b’ajruplani tat-tip A320. Qal li l-kumpanija qed tinvestiga x’seta’ wassal għall-inċident.

Sadanittant, s’issa l-Gvern Malti m’għandu l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi passiġġieri Maltin abbord it-titjira. Fil-Parlament, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li għalissa ma jistax jkun eskluż xejn minħabba li għad hemm 99 persuna li n-nazzjonalità tagħhom għadha mhijiex stabbilita.

French 2

sdsd
Ritratti : Helikopters involuti fil-ħidma tas-salvataġġ

CA3T4dlWcAAdEs1

French 1

sacs