Żewġ barranin armati b’sikkina daħlu u heddew mara li kienet f’kamra qrib il-Bajja ta’ San Tumas.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar waqt li l-mara kienet ġo waħda mill-kmamar li jintużaw għas-sajf. Jirriżulta li l-mara semgħet xi ħsejjes u malli marret tiftaħ il-bieb sabet żewġt irġiel ta’ karnaġġjon skur li kienu armati wkoll b’sikkina.
Għal iktar minn darba, l-irġiel talbuha l-flus u malli l-mara tathom il-flus li kellha, dawn telqu jiġru. Bil-każ ġew infurmata l-Pulizija fl-għassa taż-Żejtun kif ukoll membri tar-Rapid Intervention Unit, madankollu s’issa l-irġiel għadhom ma nstabux.
Ritratt: Arkivji
//= $special ?>