…770 każ jitressaq fil-Qorti tal-Familja
Kull sena jiġu rappurtati aktar minn elf każ ta’ vjolenza domestika u aktar minn 770 każ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Familja.
Fl-2013 ġew rappurtati lill-Pulizija 1,024 każ li jinvolvu vjolenza domestika filwaqt li s-sena li għaddiet, fl-2014, ġew irrappurtati 1,048 każ. Fil-Qorti tal-Familja fl-2013 tressqu 784 każ u fl-2014 778 każ.
L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Jirriżulta li mill-2,052 rapport li sar fis-sentejn li għaddew, 1022 kienu relatati ma’ vjolenza fiżika u 849 rapport dwar vjolenza psikoloġika.
//= $special ?>