Mara minn Detroit kienet arrestata wara li fi friża fid-dar tagħha nstabu żewġt itfal mejtin.
Is-sejba makabra saret wara li uffiċjali tal-Qorti kienu qed jiżgumbrawha mid-dar. Il-katavri huma ta’ tifel ta’ 11-il sena u tifla ta’ 14-il sena. Dak il-ħin il-mara kienet f’appartment ieħor u magħha kellha żewġt itfal oħra ta’ 11 u 17-il sena. Xi ġirien qalu li jidher li t-tfal mejtin kienu tal-mara u kienu ilhom ma jarawhom għal madwar sena.
Huma qalu wkoll li hi kienet mara li kienet tiftaħar ħafna bit-tfal tagħha u kienet protettiva ħafna.
Intqal li hi kienet ilha tgħix f’dik id-dar għal dawn l-aħħar għaxar snin u kienet waqgħet lura fil-kera u għalhekk intbagħtu l-uffiċjali biex ikeċċuha.
Fl-Istati Uniti: Jinstabu tfal mejtin fi friża
