Studenti tal-MCAST jallegaw li ma saret l-ebda konsultazzjoni magħhom qabel ma nħarġet il-pożizzjoni uffiċjali
L-aħbar li “l-MCAST qed tappoġġja vot favur il-kaċċa fir-Rebbiegħa” qanqlet ir-reazzjoni ta’ ħafna studenti, li saħħqu li ma kien sar l-ebda proċess ta’ konsultazzjoni magħhom qabel ma nħarġet din l-aħbar.
Kollox kien żvelat mis-sit “Malta Today” li kkwotat ittra li ntbagħtet minn membri tal-Kunsill tal-istess MCAST, u li ċaħdu l-pożizzjoni ippublikata fl-aħħar jiem minn 2 membri tal-Kunsill.
Fl-ittra huma qalu li dawn il-membri iddeċidew li joħorġu pożizzjoni mingħajr ma ikkonsultaw mal-Kunsill jew mal-membri nfushom.
L-ittra tgħid ukoll li kienet saret “online poll” biex tiċċekkja x’inhi l-pożizzjoni tal-istudenti tal-MCAST, imma din il-poll, bl-ebda mod, ma setgħet tissostitwixxi survey komprensiv. Filfatt, din l-istess poll ma kellha l-ebda mezz biex twaqqaf persuna milli jivvota iktar minn darba.
L-ittra tikkonferma wkoll li kienu bosta l-istudenti li esprimew id-dispjaċir tagħhom għal dak li ntqal minn dawn il-membri, għax jemmnu li l-kaċċa fir-Rebbiegħa “mhix sostenibli u tmur kontra kull prinċipju tal-konservazzjoni tal-ambjent. L-istudenti qalu wkoll li jixtiequ li fir-Rebbiegħa, il-kampanja tkun miftuħa għat-tgawdija ta’ kulħadd.
//= $special ?>