Lokali

Ġrieħi gravi wara li jaqta’ subgħajh bil-lupa

Raġel ta’ 51 sena li kien jagħmel xi xogħol f’San Vincenz de Paul kellu jiddaħħal l-isptar wara li qata’ idejh bil-lupa. L-inċident seħħ it-Tlieta meta kien qed jaqta’ xi injam permezz tal-lupa, meta f’ħin minnhom laqat ix-xafra b’mod aċċidentali. Kawża tal-inċident ir-raġel tajjar parti minn subgħajh u tilef ammont sostanzjali ta’ demm.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi għalkemm mhux fil-periklu li jitlef ħajjtu.

L-isptar, ir-raġel kellu jiġi operat minħabba l-ġrieħi estensivi li ġarrab.