Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON b’ritratt ta’ arjuplan tal-Germanwings hekk kif ilbieraħ id-dinja segwiet it-traġedja tal-ajru fi Franza. Rapport ukoll dwar il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn jiġi rappurtat li ntefqu €30,000 kull sena f’konsulenzi fuq events u marketing mill-Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista.

L-ORIZZONT b’rapport jikkwota lil Ray Ferris jgħid li fl-Enemalta kien hemm qatta iljuni, u li beża’ jirrapporta lil George Farrugia għax kellu ħbieb kbar li kienu uffiċjali gl-ogħla karigi.

THE MALTA INDEPENDENT b’rapport dwar it-traġedja tal-Germanwings A320 li kien qed iġorr 150 persuna. Rapport ukoll dwar il-mod kif id-dokumenti tal-vot qed jitħallew b’mod illegali għand ġirien. Rapport ieħor li jirapporta lill-Prim Ministru jgħid li din is-sena mhux se jkun hemm titjriet sussidjati għal dawk li jkunu jridu jiġu Malta biex jivvutaw kmieni.

MALTATODAY ukoll b’rapport dwar it-traġedja tal-Germanwings. Rapport ukoll dwar kif aktar persuni tkellmu ma’ Maltatoday dwar il-każ tax-xogħolijiet f’Għawdex.

TIMES OF MALTA b’ritratti u rapport mit-traġedja tal-Germanwings, bir-rapport jgħid li d-diżastru jidher li kien aċċidentali. Rapport ieħor jikkwota lill-Arċisqof Charles Scicluna jgħid li madwar 40% tal-Maltin jmorru l-Quddies tal-Ħadd.