Qarrej ta’ MaltaRightNow.com bagħat dan ir-ritratt tal-vettura privata tas-Sindku Laburista ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar tinjora għal kollox ir-regoli tat-toroq.
Il-karozza ta’ Rosianne Cutajar tidher wieqfa mhux biss fuq ‘double yellow line’ iżda saħansitra f’kantuniera u fuq ‘stop sign’!
Il-persuna li bagħtet dan ir-ritratt qaltilna li s-Sindku Laburista ta’ Ħal Qormi kienet ipparkjata ħażin waqt li kienet qed tagħmel xi żjarat fid-djar, bi tħejjija għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f’Ħal Qormi fil-11 t’April.
L-istess persuna ilmentat li s-Sindku għandha tkun l-ewwel li tagħti l-eżempju billi ma tinjorax ir-regoli tat-toroq.
//= $special ?>