Il-BBC ħabbar li l-preżentatur popolari Jeremy Clarkson ma kienx se jkompli jippreżenta l-programm Top Gear. Dan wara li ftit ġranet ilu kellu xi jgħid fisikament ma’ produttur tal-programm.
L-aħbar ingħatat minn Tony Hall, id-direttur ġenerali tal-BBC, li stqarr li jaf li d-deċiżjoni se toħloq polemika imma b’dak li għamel Clarkson kien qabeż il-limitu.
Hu mifhum li l-programm Top Gear se jkompli imma mhux b’Clarkson bħala preżentatur.