Il-Pulizija ta’ Birkirkara qed tinvestiga serqa li seħħet it-Tnejn u li matulha insterqu b’aktar minn €3,500 ‘parts’ ta’ karozzi.
Is-serqa seħħet minn garaxx li aktarx jintuża bħala maħżen ta’ materjal u ‘parts’ oħra ta’ karozzi. Ħaddiema li marru għax-xogħol filgħodu nnutaw li l-bieb tal-garaxx kien mifqugħ b’mod li aktarx baqgħet dieħla xi vettura ġo fih.
Aktar tard, minn marki ta’ tyres mal-art, irriżulta li filfatt kienet vettura li faqgħet il-bieb bil-konsegwenza li l-bieb tgħawweġ b’mod minnu setgħu jidħlu l-persuni li għamlu s-serqa.
Apparti s-serqa ta’ oġġetti u ‘parts’ ta’ karozzi il-ħallelin għamlu ħerba minn uffiċju jinsab fl-istess binja.
//= $special ?>