Il-plejers u l-Uffiċjali tal-klabb tal-futbol mill-Ewwel Diviżjoni Żvediża, Dalkurd, ħelisha ħafif milli jkun mal-vittmi li kienu abbord l-ajruplan tal-Germanwings, li ġġarraf ilbieraħ fl-Alpi Franċiżi. It-tim ta’ Dalkurd kellu 29 plejers u Uffiċjali, li kienu se jirritornaw lejn darhom minn Spanja wara ġimgħa taħriġ. Madankollu, fl-aħħar ħinijiet kien deċiż li dawn ma jieħdux it-titjira minn Barċellona lejn Dusseldorf minħabba l-waqfa twila li kien se jkollhom. Għaldaqstant, ġie deċiż li jmorru lura d-dar b’titjiriet via Zurich fl-Iżvizzera u Munich fil-Ġermanja.
Id-Direttur Sportiv ta’ Dalkurd, Adil Kizil, qal lil ġurnal Żvediż li qabel iddeċiedew li jbiddlu l-pjan, kienu diġà għamlu ċ-check-in mal-passiġġieri l-oħrajn kollha. Spjega li meta marru l-Ajruport ta’ Barċellona, kien hemm erba’ titjiriet li kienu se jitilqu fl-istess ħin lejn it-tramuntana fuq l-Alpi. Filwaqt li stqarr li kienu fortunati li evitaw diżgrazzja bħal din, l-Uffiċjal ta’ Dalkurd qal li l-plejers tat-tim kienu mqassmin fuq it-tliet titjiriet l-oħra.
Dalkurd huma skedati li jiftħu l-impenji fil-kampjonat tal-Ewwel Divizjoni fl-Iżvezja fit-12 ta’ April li ġej.
//= $special ?>