Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), permezz tal-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattiva (KRPE) fi ħdanha, se tibda kampanja li fiha tqassam numru ta’ bird feeders li saru mill-membri tagħha u li ġew immarkati bl-emblema tal-FKNK.
Il-federazzjoni stess ħabbret dan waqt li spjegat li l-kampanja li qed tniedi hi ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni u s-salvagwardja tal-għasafar residenti fil-gżejjer Maltin.
Spjegat li t-tqassim se jsir f’numru ta’ skejjel u lil dawk kollha interessati, u li bħalissa numru ta’ skejjel diġà ngħataw dawn il-bird feeders biex ikun jista’ jsir użu minnhom. L-FKNK qalet ukoll li ħafna għasafar isibuha diffiċli f’dawn iż-żminijiet biex isostnu lilhom infushom minħabba l-fenomenu tat-temp xitwi, fejn temperaturi baxxi u xita jnaqqsu s-sors ta’ ikel għall-għasafar.
Ħeġġet lil min hu interessat li jkun parti minn din il-kampanja biex jibgħat email fuq krpe@huntinginmalta.org.mt.
//= $special ?>