L-Australian Crime Commission (ACC) qalet li droga magħrufa bħala “ice” kienet l-akbar problema għall-komunità Awstraljana meta wieħed jitkellem dwar il-problema tad-droga.
Intqal ukoll li 60 fil-mija tal-gruppi kriminali fl-Awstralja issa kienu qed jittraffikaw din id-droga fil-pajjiż. Instab ukoll li l-“ice” li kienet qed tinbiegħ kienet qed tkun aktar pura u għalhekk aktar diffiċli.
L-“ice” hi tip ta’ droga magħrufa bħala ‘Methylamphetamine’ u spiss tinbiegħ fil-forma ta’ kristalli, imma mhux biss, u spiss jirreferu għaliha bħala ‘crystal meth’. Il-prezz tal-“ice” fl-Awstralja hi wkoll fost l-ogħla fid-dinja.
L-ACC qalet li filwaqt li żdiedu s-sekwestri, ma kienx reġistrat tnaqqis fil-konsum.
Problema dejjem tikber mill-“ice” fl-Awstralja
