Raġel kellu jittieħed l-isptar wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30 tat-Tlieta f’għalqa fl-Imsida.
Fuq il-post marru Pulizija mid-Distrett fejn taw l-ewwel assistenza lir-raġel, li minkejja li kien batut, ma kienx mitluf minn sensieh.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċertifikat li ma kienx jinsab fil-periklu li jitlef ħajjtu.
//= $special ?>