Wieħed mis-sidien ta’ appartament fil-Qawra dalgħodu beda l-ġurnata b’aħbar kerha, hekk kif induna li fl-appartament tiegħu kien hemm neqsin iż-żewġ laptops u l-iPhone tiegħu.
Malli nduna b’dan, minflok mar għand il-Pulizija, hu qagħad jistenna lil dak lil persuna li qed jaqsam l-appartament magħha, bil-ħsieb li jsaqsieh jekk kellux dawn l-affarijiet fuqu hu.
Iżda, iktar tard, iż-żewġ sidien indunaw li dawn l-oġġetti kienu filfatt insterqu, filwaqt li ndunaw ukoll li waħda mit-twieqi tal-appartament kienet ġiet sgassata. Din l-istess tieqa tagħti għal fuq terazzin fi Triq l-Isponoż.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha, għalkemm s’issa għad m’għandhiex mezz kif takkwista xi filmat CCTV tad-dħul u l-ħruġ ta’ xi persuni minn din it-tieqa.
//= $special ?>