Abbuż ta’ fondi pubbliċi hu dak li seħħ f’Ħaż-Żebbuġ minn Kunsill immexxi minn maġġoranza Laburista. Dan il-Kunsill qed iħallas €30,000 fis-sena lil eks Kandidat Laburista biex jorganizza avvenimenti f’isem il-Kunsill Lokali.
Dwar dan tkellem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami f’konferenza tal-aħbarijiet f’Ħaż-Żebbug, akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali David Agius, kif ukoll mill-Kunsillieri u l-Kandidati tal-Partit għal din il-lokalità.
Beppe Fenech Adami qal li minflok uża l-flus biex saru toroq, ġonna u bankini ġodda, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ nefaq €30,000 fis-sena biex ħallas lill-eks Kandidat Laburista ħalli l-kumpanija tiegħu torganizza l-avvenimenti fil-lokal. Barra minhekk, il-Kunsill Laburista f’Ħaż-Żebbuġ kien mifni bi ġlied intern u battibekki kontinwi, li għadhom għaddejin sal-lum.
Dan kollu, sostna Beppe Fenech Adami, jikkuntrasta mal-mod eċċellenti li bih ħadmu Kunsilli mmexxija minn maġġoranza Nazzjonalista, fosthom fis-Siġġiewi.
Min-naħa tiegħu, David Agius fakkar li kienet l-Oppożizzjoni li talbet lill-Awditur Ġenerali biex issir investigazzjoni dwar il-mod kif tqassmu €1 miljun lil Kunsilli partikolari. Dwar dan il-Fond, sar ukoll appell fil-Qorti minn terz tal-Kunsilli li applikaw.
//= $special ?>