Il-Gvernijiet ta’ diversi pajjiżi li kellhom ċittadini tagħhom abbord l-ajruplan tal-Germanwings qalu li kienu maħsuda u l-istess il-Lufthansa, is-sid tal-kumpannija mill-aħbar li l-ajruplan iġġarraf apposta.
L-investigaturi Franċiżi ħabbru li l-co-pilot tal-ajruplan tal-Germanwings ried jeqred l-ajruplan. Brice Robin, il-prosekutur ta’ Marsilja, qal li mill-voice recorder kien il-co-pilot li kien spiċċa waħdu fil-kabina u apposta nizzel l-ajruplan lejn il-muntanji.
Hu kien identifikat bħala Andreas Lubitz, Ġermaniż ta’ 28 sena, u kien għadu ħaj sal-aħħar mumenti qabel l-impatt fl-Alpi Franċiżi.Intqal li l-manuvri li huma meħtieġa għall-manuvra li għamel ma setgħux saru bi żball.
Ftit qabel kien svelat li l-kmandant kien inqafel barra mill-kabina.
Carsten Spohr, il-kap tal-Lufthansa, qal li ma kien hemm xejn li kien inqanqal suspett f’Lubitz.Hu żied li ma kienx jaħseb li “suwiċidju” kienet il-kelma adatta għal dak li għamel Lubitz meta wieħed jara kemm qatel nies miegħu.
Għaliex izda għadu misteru.
Lubitz kien minn Montabaur fir-Rhineland-Palatinate u kien issieħeb mal-Germanwings fis-Settembru tal-2013 wara li spiċċa l-istudji fl-iskola tal-Lufthansa fi Bremen. Hu kien deskritt bħala bdot eċċellenti u s’issa m’hemm xejn li juri x’wassal għal dan.
Ir-RAPPORTI GĦADHOM DIEĦLIN
//= $special ?>