Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Joseph McKeaon ma laqgħetx it-talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni li l-union tat-“teachers” l-MUT għamlet fil-konfront tal-Union Ħaddiema Magħqudin minħabba li l-każ huwa wieħed prematur u li l-każ dwar rappreżentanza fil-union messu sar wara proċess ta’ verifikazzjoni.
L-MUT kienet qalet fil-Qorti, li hija l-union li tirrappreżenta lis-settur taċ-“child carers” u li l-ebda attentat mill-Malta Union of Teachers mhuwa se jibdel dan il-fatt. Il-UĦM kienet qalet dan meta irrispondiet il-mandat ta’ inibizzjoni li kien preżenatat mill-union tal-għalliema (MUT) kontra l-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi fuq ftehim kollettiv ġdid għaċ-“child carers”.
Il-Qorti qalet li l-mandat ma jistax jintlaqa’ u dan minħabba li l-kundizzjonijiet skont il-liġi ma jistgħux jiġu ppruvati, u dan meta hemm rimedji oħra li “Malta Union of l-Teachers” setgħu jaderixxu.
L-MUT kienet ippreżentat il-mandat ta’ inibizzjoni wkoll kontra l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-UĦM u l-Public Administrative Collective Bargaining Unit (PACBU) fejn qalet li d-dikussjonijiet fuq ftehim kollettiv ġdid kompla għaddej minkejja t-talbiet tagħha għar-rikonoxximent dwar l-għarfien fuq ic-“Child Carers”.
Fir-risposta tagħha, l-UĦM kienet qalet li l-każ huwa strettament wieħed li għandu jiġi deċiż mit-Tribunal Industrijali u mhux mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Qalet ukoll li xtaqet tfakkar u tinsisti li hija għandha l-għarfien totali tal-ħaddiema kollha tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi.
L-Avukat Ian Spiteri Bailey, f’isem il-UĦM, qal li t-talbiet għal mandat li sar mill-MUT ma jissodisfax ir-rekwiżiti u għalhekk dan m’għandux ikun milqugħ, bil-Qorti taqbel ma’ dan il-punt. L-Avukati Michael u Rebekah Tanti-Dougall deheru għall-MUT.
//= $special ?>