Ħaddiema f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Lampara f’Baħar iċ-Ċagħaq dalgħodu rrappurtaw li persuna jew persuni daħlu mingħajr permess fil-proprjeta’ tagħhom u f’kmajra għall-għodda fl-istess sit.
Il-każ kien irrapurtat kmieni dalgħodu, wara li s-sidien tal-proprjeta’ waslu fil-post għal ħabta tas-6.15am.
Is-sidien innutaw ukoll li mill-kmajra kienu tneħħew xi ġebel u li l-bieb kien sgassat. Instab ukoll martell u għodda mal-art, li ma kinux hemmhekk qabel.
Mill-post insterqu wkoll diversi għodda.
//= $special ?>