Lokali

“Nibqgħu naħdmu b’risq l-Għawdxin” – Simon Busuttil

Mill-Oppozizzjoni rridu naghmlu differenza ghall-ahjar fil-hajja tal-Ghawdxin. Irridu nuzaw iz-zmien taghna fl-Oppozizzjoni biex nippruvaw li ahna magna li tahdem.

Qal dan il-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgha li mexxa’ mal-Gozo Tourism Authority f’Ghawdex, laqgha ohra minn sensiela li l-Oppozizzjoni qed taghmel mal-operaturi tat-turizmu bl-ghan li tifhem ahjar l-esigenzi tas-settur u tfassal policies effettivi.

Simon Busuttil spjega li hu jemmen fis-sussidjarjeta ghaliex jahseb li l-operaturi tat-turizmu f’Ghawdex huma l-iktar nies li jafu x’hemm bzonn ghax jghixu kuljum l-isfidi. Qal li hu ma jaqbilx li l-Ministeru ghal Ghawdex tnaqqsulu r-responsabbiltajiet biex issa affarijiet li jaffettwaw lil Ghawdex mhux jigu decizi mill-Ghawdxin.

Punt iehor li enfasizza fuqu l-Kap tal-Oppozizzjoni hi t-tishih tal-operaturi, ghax sussidjarjeta’ ma tfissirx li l-Gvern izid is-sahha tal-operaturi imma jabbandunahhom fejn hu l-Gvern li ghandu responsabbilta’ bhall-infrastruttura magguri tat-toroq li fiha pajjizna mar lura fl-ahhar sentejn u link permanenti ghal Ghawdex fost l-ohrajn.

Ghal din il-laqgha l-Partit Nazzjonalista kien rapprezentat ukoll mill-Kelliema tieghu Chris Said, Claudio Grech u Antoine Borg.

Huma fissru x-xewqa ta’ politika li mhux biss tirrispondi ghall-htigijiet u cirkostanzi specifici ta’ Ghawdex imma wkoll politika proattiva li b’mod innovattiv thares lejn kif ikompli jsir investiment fil-prodott Ghawdxi bhala regjun uniku, awtentiku u partikolari.

Fost is-suggetti diskussi kien hemm l-ITS li bhalissa ghaddej minn sfidi kbar. Il-GTA fissret il-hsieb taghha li l-ITS f’Ghawdex ma jkunx biss fergha tal-istitut Malti imma jkun assocjat ma’ Universita’ barranija ghaliex Ghawdex ghandu bzonnijiet differenti.

Ghawdex gawda minn 170 miljun ewro li gew mit-turizmu s-sena li ghaddiet. Minkejja dan s’issa l-ITS mhux irendi bizzejjed rizorsi umani ghal dan is-settur tant importanti.

Filfatt minn mistoqsija parlamentari li ghamel Chris Said fil-Parlament fl-ahhar jiem johrog li kwazi terz tal-haddiema fit-turizmu f’Ghawdex huma barranin.

Matul il-laqgha gew diskussi problemi ohra li jaffaccjaw l-Ghawdxin bhall-paga baxxa, stagjonalita’ u l-profitabilta’ tal-gzira Ghawdxija.

Il-GTA appellat ghal bidla fl-infrastruttura u iktar investiment biex tkompli tittejjeb l-accessibilta’. Kumment li qabel mieghu Chris Said li qal kif hu bhala Ghawdxi jghix din l-isfida. Kompla li link permanenti ma’ Ghawdex iktar hi pjan long term mentri hemm bzonn studju dwar pjan iktar fl-immedjat bhal mezz ta’ trasport iktar effettiv.

Il-President tal-GTA semma’ b’dispjacir li minkejja li fil-passat intefqu miljuni biex thejja master plan dwar is-settur tad-diving f’Ghawdex, s’issa baqa’ ma sar prattikament xejn, il-master plan ma giex attwat u l-bahar Ghawdxi gie stuprat u spicca cimiterju tal-organizmi tal-bahar.