Madwar €4,000 insterqu minn ħanut tal-assikurazzjoni f’Tal-Pieta’.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6.15pm, bil-Pulizija jiġu infurmati li kienet seħħet serqa fi Triq Ġuże Ellul, il-Pieta’.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li waqt li fil-ħanut kien hemm ħaddiem, daħal persuna mgaħmmad u armat bi strument li jaqta’ u bil-ponta.
F’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd u l-persuna ħarab minn fuq il-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li ġiet appuntata Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>