Ewropa Internazzjonali Unjoni Ewropea

Ċaqliq possibbli dwar il-benefiċji soċjali fl-UE

Iċ-ċittadini tal-UE li jmorru jfittxu x-xogħol f’pajjiż ieħor tal-Unjoni m’humiex intitolati għall-benefiċċji soċjali — madankollu huma ma jistgħux ikunu miċħuda minnhom awtomatikament f’każ li jkunu ħadmu diġa fil-pajjiż partikolari.
Dan qalu konsulent għall-Ogħla Qorti tal-UE, bl-opinjoni — li mhix waħda li torbot sakemm ikollha l-konferma sħiħa tal-qorti.
L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, Melchior Wathelet, għandha x’taqsam mal-ġudizzju ta’ Novembru mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Skont il-ġudizzju, dawk in-nazzjonali tal-UE mingħajr xogħol ‘u li m’humiex jippruvaw isibu l-impjieg’ li jitrasferixxu lejn Stat membru ieħor kapaċi jkunu miċħuda mill-benefiċċi.
Wathelet kompla li s-sistema tapplika wkoll għan-nies li jmorru f’pajjiżi oħra tal-UE ‘bl-iskop li jsibu x-xogħol hemmhekk’ – madankollu hu spjega li s-sitwazzjoni hi differenti għan-nies li ħadmu diġa fil-pajjiż fejn ikunu marru jgħixu u li jispiċċaw bla xogħol.
Il-każ jikkonċerna mara, Nazifa Alimanovic u t-tliet uliedha, li kollha twieldu fil-Ġermanja. Il-familja – ilkoll nazzjonali Żvediċi – marru lura fil-Ġermanja fl-2010 wara li kienu jgħixu barra. L-omm u t-tifla l-kbira kellhom impjieg għal anqas mnn sena imbagħad huma rċevew l-‘allowances’ tal-qgħad għal sitt xhur; bl-ulied iż-żgħar jieħdu l-benefiċċji soċjali.
Madankollu, il-job centre lokali għażel li jwaqqaf il-pagamanti, bil-liġi fil-Ġermanja ssostni li ‘n-nies li m’humiex ċittadini tal-pajjiż u li d-drittijiet tagħhom għal residenza huma relatati biss għall-impenji biex ifittxu x-xogħol m’humiex intitolati għall-benefiċċji.’
Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kienet mitluba biex tiddeċiedi jekk id-deċiżjoni ħalli jieqfu l-pagamanti hix kompatibbli mal-liġi tal-UE; b’Melchior Wathelet isostni li l-benefiċċji ‘ma jistgħux ikunu awtomatikament miċħuda’ lil xi ħadd li jkun għex għal aktar minn tliet xhur u li jkun ħadem diġa f’pajjiż tal-UE.