Lokali

Sajjied Taljan mmultat €20,000

Taljan ta’ 47 sena minn Foggia, li huwa l-kaptan u sid ta’ lanċa tas-sajd ġie mmultat €20,000 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li l-ġimgha l-oħra huwa stad fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr permess u mingħajr il-liċenzja neċessarja.

Leone Gassi ammetta li kellu fil-pusses tiegħu ammonti kbar ta’ speċi ta’ ħut u kien qed jagħmel dan mingħajr ma kellu tagħmir ta’ moniteraġġ li suppost ikollu fuq id-dgħajsa tiegħu. It-Taljan ammetta wkoll li ma ħalliex lill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sajd li jaqdu dmirhom, u li rrifjuta li jobdi l-ordnijiet skont il-liġi.

L-investigazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Maltin wasslu biex ġie kkonfermat li t-Taljan kellu fil-pusses tiegħu 800 kilo ħut li 150 kilo minnhom inqabdu fl-ibħra Maltin.