Id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Toni Abela ġie mmultat €100 wara li naqas li jattendi għal seduta biex jiddefendi lill-klijent tiegħu fuq każ relatat mad-droga. Il-Qorti qalet li dan hu każ li l-Avukat “ma tax każ il-kawża”, tant li lanqas informa lill-Qorti li kien se jmur barra l-pajjiż.
Meta l-akkużata fil-każ daħlet fl-Awla tal-Qorti meta ngħajjtet biex tibda il-kumpilazzjoni, hi infurmat lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li l-Avukat tagħha kien siefer. Dan il-każ ma tantx niżel tajjeb mal-Maġistrat, fejn minbarra li sabitu ħati ta’ disprezz, f’Digriet li tat qalet li l-multa mhix se tiġi revokata.
Il-Qorti qalet li mhux biss l-Avukat Abela ma deherx għas-seduta, iżda lanqas kellu d-diċenza jinforma lill-Qorti permezz ta’ Rikors. Min-naħa tiegħu, is-Supretendent Dennis Theuma qal li min-naħa tal-Prosekuzzjoni il-każ ilu magħluq mill-2013. Madankollu, il-każ għadu pendenti biss minħabba l-provi li għad iridu jiġu prodotti mid-Difiża.
//= $special ?>