Lokali

Żewġ hold ups f’temp ta’ ftit sigħat

habta
Incident

Raġel liebes skufja u armat b’pistola wettaq hold up fi spiżerija f’Pembroke. Is-serqa saret nhar il-Ġimgħa għall-ħabta tal-5.30pm f’Pembroke Pharmacy fi Triq Giuseppe Malfeggiani. Fil-ħin li fih seħħet is-serqa kien hemm tlieta min-nies u l-ħalliel irnexxielu jisraq madwar €40 qabel ħarab mill-post. Ħadd ma weġġa’ f’dan il-hold up. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha wkoll dwar serqa oħra li saret iktar tard filgħaxija – din id-darba minn ħanut tal-ħelu f’Santa Venera. Il-ħanut, Amy’s Sweets and More, jinsab f’Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera. Il-ħalliel wettaq is-serqa tiegħu fil-ħin meta l-ħaddiema kienu qed jagħqlu l-ħanut u rnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’madwar €400. Nies li kienu fuq il-post qalu l-ħalliel kien mgħammad iżda ma kienx qed iġorr xi arma. Il-Pulizija għadejja bl-investigazzjonijiet tagħha.