Il-mod kif il-familji għandhom jibqgħu ċ-ċentru tal-ħajja anki meta n-nisa jkollhom professjoni jew joħorġu jaħdmu kienu diskussi minn perspettivi differenti waqt diskussjoni dwar il-ħtieġa ta’ bilanċ fid-dinja tax-xogħol u l-ugwaljanza f’Dar l-Ewropa.
Fid-diskusjsoni pparteċipaw l-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia, l-avukat Nickie Vella de Fremaux, il-Kap Eżekuttiv ta’ 6 pm Ivan Bartolo u l-Kap Eżekuttiv ta’ Cassar Ship Repair u preżentatriċi televiżiva Andrea Cassar.
Id-diskussjoni iffukat fuq kif nisa tad-dar u ommijiet jkunu mpenjati li jsibu bilanċ bejn ir-responsabbiltajiet familjari mal-obbligi professjonali tagħhom.
Il-kelliema tkellmu dwar is-sagrifiċċji li huma kellhom jagħmlu biex iżommu l-karrieri tagħhom u ma jabbandunawx il-familja.
Huma spjegaw kif il-koppja trid issib il-bilanċ meħtieġ u tifhem ir-responsabbiltajiet professjonali ta’ xulxin għaliex jekk dan ma jsirx ikun hemm diffikultajiet.
Id-diskussjoni iffukat ukoll fuq il-mod kif il-familji Maltin se jitrattaw l-importanza ta’ dan il-bilanċ u l-effetti li dan ikollu fuq it-trobbija tal-familja.
Għad-diskussjoni attendew ukoll l-Ewroparlamentari Roberta Metsola u Alfred Sant.
//= $special ?>