Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IN-NAZZJON– Storja esklussiva tal-ġurnalist Joe Mikallef tiddomina l-faċċata ta’ In-Nazzjon. Storja li tikxef kif l-eks xuffier tal-eks Ministru Manwel Mallia Paul Sheehan kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti. In-Nazzjon tgħid li kontra għal dak li suppost jagħmel Sheehan ma ffirmax fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema u darba oħra mar tard biex jiffirma.

TIMES OF MALTA– Fil-faċċata ta’ The Times of Malta nsibu storja dwar kif wara t-traġedja tal-GermanWings din il-ġimgħa u l-aħħar rapporti dwar il-ko-pilota l-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta daħħlet regola li fil-kabina tal-pilota jrid dejjem ikun hemm tnejn minn nies preżenti. Il-faċċata ta’ THE MALTA INDEPENDENT ukoll għandha l-istess storja bħala l-istorja prinċipali fil-faċċata tagħha.

L-ORIZZONT– Il-ġurnal uffiċjali tal-General Workers Union fuq il-faċċata jkompli bl-attakki kontra s-Sindku Nazzjonalista tal-Mosta Shirley Farrugia fi storja bit-titlu ‘Is-Sindku taħrab mill-mistoqsijiet’.