Jekk għada trid tqum kmieni minħabba xogħol illejla aħjar torqod siegħa kmieni! Dan hekk kif fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fis-sagħtejn ta’ filgħodu Malta taqleb għal ħin tas-sajf u b’hekk awtomatikament jsiru t-tlieta ta’ filgħodu.
Fl-Ewropa l-ewwel darba li sar dan it-tip ta’ tibdil kien fit-30 t’April 1916 meta fil-Ġermanja sar dan it-tibdil fil-ħdax ta’ filgħaxija u b’hekk l-arloġġ awtomatikament qaleb għal nofs il-lejl. Dan il-pass eventwalment segwewh pajjiżi bħall-Istati Uniti u r-Renju Unit. Fl-Istati Uniti fil-fatt l-kunċett kien introdott fl-1918 taħt il-Presidenza ta’ Woodrow Wilson.
Il-qalba fil-ħin iżda jgħaraf l-oriġini tiegħu bħala kunċett lil George Vernon Hudson, entomoloġista min New Zealand li kien ressaq l-idea li l-ħin jimxi sagħtejn il-quddiem f’Ottubru u sagħtejn b’lura f’Marzu.
Illum il-ġurnata huma aktar min 70 pajjiż li jagħmlu dan it-tip ta’ tibdil fil-ħin sabiex b’hekk aktar minn biljun persuna tkun affetwata b’xi mod. Il-ħin tas-sajf jiġi fi tmiemu fl-aħħar Ħadd t’Ottubru.
//= $special ?>