Fi stqarrija għall-istampa il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li kienet nediet il-proċess tal-istampar tal-ballot papers għar-Referendum u għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li b’kollox se jiġu stampati aktar minn 338,000 ballot paper għal dawk eliġibbli li jivvutaw fir-Referendum u aktar minn 197,000 ballot paper għal dawk eliġibbli għall-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Għar-Referendum il-Kummissjoni Elettorali ħejjiet 611 kamra tal-votazzjoni f’109 ċentru tal-votazzjoni fil-gżejjer Maltin filwaqt li għall-votazzjoni tal-Kunsilli Lokali hemm 300 kamra tal-votazzjoni mifruxa fi 53 ċentru tal-votazzjoni.
//= $special ?>