It-28 ta’ Marzu 2014 – iċ-ċkejkna Leah Xuereb ħalliet din il-ħajja wara snin tiġġieled il-marda kiefra tal-kanċer.
Għall-aħħar snin iċ-ċkejna dejjem bid-daħqa fuq wiċċha serqet qlub il-maltin u l-Għawdxin.
Il-ġenituri ta’ Leah kienu għamlu min kollox sabiex pprovaw jgħatu l-aħjar kura possibli liċ-ċkejkna tagħhom tant li bis-saħħa ta’ Puttinu Cares u l-gvern Malti Leah intbgħatet fi sptar speċjalizzat f’Texas fl-Istati Uniti wara li trattament fi sptar f’Londra kien falla.
Leah baqgħet tiġġieled, eventwalment anke ma’ trombosi li żviluppatilha, bdiet tattendi l-iskola Primarja ta’ Għajnsielem fejn tgħallmet ukoll il-ballet.
Sfortunatament l-istorja ta’ Leah iżda kelliex tmiem posittiv. Fl-aħħar ġimgħat saħħet it-tifla bdiet sejra lura u sentejn wara li rċeviet il-kura ċ-ċkejkna Leah tilfet il-battalja tagħha mal-marda tal-kanċer fl-eta’ ta’ sitt snin.
Hi mietet fir-residenza tal-familja tagħha f’Għajnsielem għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu, imdawwra mill-ġenituri tagħha Zhana u Jonathan li minn dejjem għamlu minn kollox biex jaraw lil binthom kuntenta.
L-aħħar tislima liċ-ċkejkna Leah ser tingħata nhar it-Tnejn li ġej f’Għajnsielem fil-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar.
Il-familja talbet biex min jixtieq jagħti xi donazzjoni għandu jgħaddiha lil Puttinu Cares u min se jattendi għall-funeral hu mitlub jilbes l-abjad.
Fil-filmat tista’ ssegwi filmat ta’ feature li kien deher fuq il-programm Xarabank b’rabta mal-kura li kellha tirċievi iċ-ċkejkna Leah.
//= $special ?>