Internazzjonali

Missjoni ta’ sena fl-ispazju

L-astronawta Amerikan, Scott Kelly, u kosmonawta Russu, Mikhail Kornienko, waslu fl-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali għall-bidu ta’ missjoni li se ddum tnax il-xahar.

Din għandha tkun l-aktar missjoni kontinwa u għat-tul taż-żmien fuq l-Istazzjon Spazjali, b’Kelly u Kornienko jaslu hemm bl-inġenju ‘Soyuz’ li telaq mill-bażi ta’ Baikonur, fil-Kazakhstan.

Ix-xjenzati jittamaw li l-missjoni partikolari tagħtihom ‘idea aħjar’ dwar kif iż-żmien ‘estiż’, fl-ispazju, jaffettwa lill-bniedem li jrid jgħix f’kundizzjonijiet ta’ mikrogravita.

L-aġenziji tal-ispazju qed jgħidu li d-data miksuba għandha tkun kruċjali waqt li huma jippjanaw l-istrateġiji għal ‘missjoni eventwali’ lejn il-Pjaneta Mars.