Il-portal tal-ġurnal Bild bil-kummenti ta’ l-eks sieħba ta’ Lubitz kkwotati bi prominenza
‘Kien ħalef li jagħmel xi ħaġa li biha jibqa’ mfakkar fl-istorja’. Hekk saħqet eks-sieħba tal-ko-pilota Ġermaniż tal-ajruplan Germanwings Andreas Lubitz, li aktar kmieni din il-ġimgħa ħabat fl-Alpi, f’inċident li fih tilfu ħajjithom dawk kollha abbord it-titjira minn Barcelona sa Dusseldorf.
Il-kummenti ta’ l-eks tfajla ta’ Lubitz kienu rappurtati bi prominenza fil-ġurnal Ġermaniż Bild. Hija saħqet ukoll li Lubitz kien qiegħed ibgħati b’mod regolari minn ħmar il-lejl u li l-mġieba tiegħu kienet ferm stramba. “Bil-lejl kien iqum iwerżaq, ‘Niżlin Niżlin'” saħqet l-eks tfajla ta’ Lubitz.
Rapporti oħra dwar il-ħajja ta’ Lubitz jindikaw li Lubitz kienu ilu żmien twil b’interess qawwi fl-Alpi. Snin ilu l-Ġermaniż kien anke mar btala fl-Alpi fi Franza fejn kien anke tar bi glider fuq l-Alpi. Fil-fatt fost iż-żjarat tiegħu fir-reġjun Lubitz kien anke żar Sisteron, villaġġ ferm qrib is-sit tal-ħabta.
Intant il-kumpanija omm ta’ Germanwings, Lufthansa qalet li kienet qed toffri għajnuna sa ħamsin elf Ewro kull passiġier għal qraba tal-vittmi.
//= $special ?>