Il-maltemp tal-lejl li għadda kkawża xi ħsarat bir-riħ li qaċċat xi friegħi ta’ siġar u sajjetta li laqtet arblu fuq il-bejt ta’ residenza privata f’Ħal-Qormi u qasmitu fi tnejn.
Fortunatament il-maltemp ma kkawża l-ebda ħsarat oħra konsidereveoli u ma kinux irrapurtati inċidenti serji minkejja li xi nħawi spiċaw mgħarrqa.
Il-maltemp mistenni jippersisti ankè matul il-ġurnata tas-Sibt, bl-uffiċċju meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jbassar li t-temp se jkun imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad f’xi waqtiet. il-viżibiltà se tkun tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita.
Ir-riħ se jkun ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral li jsir ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana sa filgħaxija filwaqt li l-baħar mistenni jkun qawwi għal qawwi ħafna li jsir qawwi b’imbatt moderat mill-Punent Majjistru.
//= $special ?>