AŻERBAJĠAN……….2
MALTA……………0
Ażerbajġan – Kamran Ağayev, Gara Garayev, Maksim Medvedev, Badavi Guseynov, Rashad F. Sadigov, Javid Hüseynov, Vüqar Nadirov (80′ Eddy İsrafilov), Rahid Amirguliyev, Namik Alesgerov (22′ Ruslan Gurbanov), Arif Daşdemirov, Afran İsmayılov (70′ Dmitri Nazarov)
Malta – Andrew Hogg, Jonathan Caruana, Steve Bezzina (46′ Steve Pisani), Steve Borg, Andrei Agius, Roderick Briffa, Rowen Muscat, Andre Schembri (81′ Ryan Fenech), Paul Fenech, Ryan Camilleri (36′ Zach Muscat), Alfred Effiong
Imwissija: Caruana (M), Amirguliyev (A) , Nazarov (A)
Skurjaw: C. Huseynov 3’, Nazarov 92’
Referee: Ozkahya (TUR)
It-tim nazzjonali Malti sofra r-raba’ telfa fi Grupp Ħ mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016 meta tilef 2-0 fil-belt ta’ Baku kontra l-Ażerbajġan. Dawn tal-aħħar ħasdu lill-Maltin b’gowl wara biss tliet minuti u fl-aħħar minuti tal-ħin miżjun dawn żiedu ieħor biex kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan il-grupp.
Wieħed jista’ jgħid li minkejja l-Maltin ma għamlu xejn ta’ barra minn hawn, telfa ta’ 2-0 hu kemmxejn kiefra mat-tim immexxi minn Pietro Ghedin.
Ghedin għamel erba’ bidliet mit-tim li ftit jiem ilu tilef 2-0 kontra Ġorġja. Bejn il-lasti Andrew Hogg ħa post Justin Haber filwaqt li fit-tim irritornaw ukoll Roderick Briffa, Paul Fenech u Alfred Effiong li ħadu post Bjorn Kristensen, Andrew Cohen u Jean Paul Farrugia. Għal Effiong din kienet l-ewwel darba li dan beda mal-ewwel 11 wara li kontra Ġorġja kien iddebutta bħala sostitut. Wieħed jistaqsi anke għaliex Cohen, li kellu logħba ferm pożittiva ma’ Ġorġja, ma bediex mal-ewwel 11.
L-Ażerbajġan ma setax kellhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti fetħu l-iskor. Cross ta’ Namik Alesgerov wasal għand Javid HUSEYNOV li antiċipa lid-difensur Jonathan Caruana u bir-ras għeleb lil Hogg għal skor ta’ 1-0. Il-Maltin wettqu reazzjoni u fil-11-il minuta Effiong kellu ċans tajjeb meta ra x-xutt tiegħu ikun salvat mill-gowlkiġer f’corner wara li kien irċieva pass preċiż mingħand Andre Schembri. Minuta wara l-istess attakkant ta’ Qormi reġa’ impenja lil Kamran Ağayev imma dan tal-aħħar salva tajjeb.
Fis-26 minuta kien imiss lill-Ażerbajġan li jattakkaw u Huseynov mar viċin meta impenja lil Hogg b’xutt minn barra l-kaxxa. L-istess Hogg reġa’ salva tajjeb hekk kif bdiet it-tieni taqsima meta din id-darba kien xutt ta’ Nadirov li impenjah.
Fl-aħħar kwarta l-Maltin żiedu fl-isforzi tagħhom l-ewwel kien Steve Pisani li kellu xutt salvat wara li irċieva mingħand Ryan Fenech filwaqt li tliet minuti qabel tmiem il-logħba l-istess Fenech laqat il-lasta dirett minn corner.
Ta’ dan il-Maltin pattew għaliex l-avversarji tagħna issiġillaw il-konfront b’gowl ta’ NAZAROV għal skor finali ta’ 2-0.
//= $special ?>

