Il-Pulizija qed tinvestiga serqa ta’ aktar minn €9,000 li saret f’Dar tal-Anzjani fir-Rabat. Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ il-Ġimgħa u minnufih bdiet l-investigazzjonijiet tagħha, fejn irriżulta li l-flus insterqu mill-uffiċju tal-Manager tad-Dar tal-Anzjani.
Is-somma misruqa ta’ ftit aktar minn €9,000 tinkludi aktar minn €7,000 ta’ anzjana li mietet is-sena li għaddiet u li ma baqgħu ma nġabrux mill-werrieta tagħha.
Fl-investigazzjonijiet tagħha, il-Pulizija ma sabet l-ebda sgass fl-uffiċju minn fejn insterqu l-flus. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, fosthom bl-għajnuna ta’ kameras tas-sigurta’.
//= $special ?>